L-Ingliżi lura għall-Parlament; sejħiet biex Johnson jirriżenja

Boris Johnson

Il-Membri Parlamentari Ingliżi llum se jirritornaw fil-Parlament wara li l-Qorti Suprema ddeċidiet li s-sospensjoni tal-Parlament li talab il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson kienet illegali.

Johnson qal li għalkemm ma jaqbilx mad-deċiżjoni tal-Qorti Suprema, se jirrispettaha u se jitlaq kmieni mis-summit tan-Nazzjonijiet Magħquda fi New York biex imur l-Ingilterra.

Intant, Membri Parlamentari minn naħa tal-Oppożizzjoni qed isejħu għar-riżenja ta’ Johnson. Madanakollu Downing Street qed jinsisti li Johnson m’għandux jirriżenja u li għandu jibqa’ għaddej bil-pjanijiet tiegħu għal Brexit.