L-Ingliżi jivvutaw illum

Read in English.

L-elezzjoni ġeneali fir-Renju Unit qed issir illum b’650 post tal-votazzjoni li mistennija jibqgħu miftuħa sal-10pm.

Il-mexxejja tal-partiti politiċi qattgħu l-ġurnata tal-bieraħ iduru f’diversi postijiet biex jagħmlu l-aħħar diskorsi tal-kampanja elettorali li kienet iffukata l-aktar dwar Brexit u s-settur pubbliku.

Boris Johnson, il-Kap tal-Partit Konservattiv saħaq kemm-il darba li biex il-pajjiż jimxi ‘l quddiem hemm bżonn li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Dan filwaqt li l-mexxej tal-Partit Laburista Ingliż Jeremy Corbyn qal li kulħadd qed jinduna li s-settur pubbliku jeħtiġlu aktar fondi.

Din l-elezzjoni qed issir għall-ewwel darba f’Diċembru wara kważi 100 sena u ssegwi l-elezzjonijiet ġenerali li saru fl-2015 u fl-2017.

Il-votazzjoni qed issir fl-Ingilterra, Wales, l-Iskozja u l-Irlanda ta’ Fuq.