L-Ingliża li kienet serqet bagalja tirtira akkuża kontra priġuniera oħra

Tfajla Ingliża ta’ 20 sena, li x-xahar li għadda ngħatat is-sentenza ta’ disa’ xhur priġunerija u mmultata €4,000 wara li serqet bagalja u hebbet għal gwardjana, iddeċidiet li tirtira akkużi kontra residenti oħra fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Hija kienet ressqet akkuża mal-Pulizija wara li allegatament il-priġuniera l-oħra tefgħetilha l-misħun waqt argument li nqala’ bejniethom fil-ħabs.
L-Ingliża qalet li qed tirtira l-akkuża għaliex ħaffret lill-mara l-oħra.