L-Ingliterra bi pressjoni fuq l-Irlanda ta’ Fuq dwar l-abort

REUTERS/Clodagh Kilcoyne - RC17FEEDFD30

Awtoritajiet Ingliżi qed isostnu li l-projbizzjoni fuq l-abort fl-Irlanda ta’ Fuq għandha tinbidel b’mod urġenti sabiex tippermetti li nisa jabortixxu feti b’anormalitajiet fatali.

Skont Reuters, qed ikun hemm ħafna pressjoni fuq l-Irlanda ta’ Fuq sabiex ma tkunx daqshekk stretta fil-liġijiet tagħha dwar l-abort hekk kif il-votanti fil-bqija tal-Irlanda vvotaw sabiex l-abort isir legali fil-pajjiż.

L-Irlanda ta’ Fuq ilha mingħajr Gvern minn meta l-amministrazzjoni li kien hemm qabel waqgħet fl-2017. Għaldaqstant, illum, kumitat fil-parlament Ingliż qal li l-awtoritajiet Ingliżi għandhom jidħlu fin-nofs sabiex jindirizzaw il-ksur tad-drittijiet tan-nisa.

Skont kelliema għall-kumitat, kien hemm nisa li sofrew it-telfien tat-tarbija tagħhom qabel it-twelid u ma setgħux jagħmlu aċċess mill-abort sabiex jitterminaw it-tqala tagħhom. Qalet li kien hemm oħrajn li kienu jafu li t-tarbija tagħhom kienet se tmut qabel it-twelid.

Jekk wieħed jinqabad jagħmel abort fl-Irlanda ta’ Fuq jista’ jeħel għomru l-ħabs.