L-Ingilterra vs l-Isvezja: X’se jiġri llejla?

L-Ingilterra mistennija tieqaf għal kollox wara nofsinhar hekk kif it-tim nazzjonali jħabbat wiċċu mat-tim tal-Iżvezja biex jissirtu għal post fis-semifinali tat-Tazza tad-Dinja.

Miljuni ta’ partitarji mistennija jsegwu l-logħba llum fl-4pm li se ssir fil-belt ta’ Samara fir-Russja.

L-Ingilterra għadhom ma rnexxielhomx jaslu mal-aħħar erba’ timijiet fit-Tazza tad-Dinja għal dawn  l-aħħar 28 sena u l-unika darba li rebħu din it-Tazza kien fl-1966.

Il-maniġer tat-tim Gareth Southgate qal li t-tim qed jitjieb u li jrid ikun parti mill-istorja.

Għalkemm l-Ingilterra huma l-favoriti biex jirbħu u jaslu mal-aħħar erba’, mhux kulħadd jaħseb li se jirbħu llum. Skont l-eks-kaptan tat-tim Svediż Zlatan Ibrahimovic l-Isvezja kapaċi jirbħu lill-Ingilterra u saħansitra t-Tazza tad-Dinja stess.

Din il-logħba qed titqies bħala l-aktar logħba diffiċli li ż-żewġ timijiet kellhom f’dawn l-aħħar snin.

Gwida għal-logħba:

  • L-Ingilterra se jilgħabu l-ewwel kwartafinali wara 12-il sena u qed jaspiraw li jilħqu s-semi-finali għall-ewwel darba mill-1990.
  • L-Isvezja, li ġew it-tieni fl-1958, l-aħħar li laħqu l-kwartafinali kien fl-1994 fejn kienu spiċċaw fit-tielet post.
  • S’issa l-Ingilterra skurjaw disa’ gowls f’din it-Tazza tad-Dinja. L-unika darba li qatt skurjaw aktar gowls kein fl-1966 meta rebħu t-Tazza.