L-Ingilterra tibqa’ bla ftehim dwar Brexit

Fallew mill-ġdid, it-taħditiet bejn il-Prim Ministru Ingliż Theresa May u l-kap tal-Oppożizzjoni Jeremy Corbyn dwar Brexit.

L-istazzjon Nazzjonali BBC qed jirraporta li t-taħditiet wasal fi tmiemhom mingħajr ftehim hekk kif iż-żewġ partijiet se jgħaddu għat-tieni fażi bl-għan li jintleħaq xi tip ta’ ftehim li jwassal għal konsensus fil-parlament Ingliż.

Dawn id-diskussjonijiet waslu wara li May wegħdet pjan li għandu jwassal li tħalli l-pożizzjoni tagħha bħala Prim Ministru wara li r-Renju Unit toħroġ mill-Unjoni Ewropea.

Min-naħa tiegħu l-ex segretarju tal-affarijiet barranin Ingliż Boris Johnson diġa’ ħabbar li se jkun qed jikkontesta l-elezzjonijiet għal kap il-ġdid tal-Konservattivi Ingliżi.

Ir-Renju Unit kien mistenni jiltaq mill-Unjoni Ewropea fid-29 ta’ Marzu madanakollu d-data tresqet lura għal 31 ta’ Ottubru wara li numru ta’ tentattivi biex jintleħaq qbil fil-parlament ingliż fallew kollha.