L-Ingilterra tibgħat strutturi għolja f’Calais kontra l-immigrazzjoni irregolari

Ir-Renju Unit qed jipproponi t-twaqqif ta’ strutturi, għolja 4 metri, f’Calais bħala soluzzjoni biex jillimita l-immigrazzjoni irregolari bejn il-port Franċiż u l-Ingilterra.
Żvela dan il-Ministru tal-Immigrazzjoni James Brokshire lis-Sunday Telegraph fejn qal li strutturi bħal dawn jintużaw anke f’manifestazzjonijiet tal-massa fosthom f’attivitajiet sportivi u fl-aħħar summit tan-NATO. 
L-istrutturi diġà ntbagħtu fi Franza biex jitqiegħdu minflok ir-rixtelli li hemm, li huma meqjusa inadegwati. Brokshire qal ukoll li waqt li Franza għandha ssolvi l-problemi tagħha dwar l-immigrazzjoni, l-Ingilterra nvestiet €4.2 miljun is-sena li għaddiet biex tissaħħaħ is-sigurtà f'Calais.
Spjega li trid tiġi żviluppata sistema adegwata għal dawk li jkunu se jaqsmu b'mod legali bejn iż-żewġ pajjiżi, fejn dawn ikunu jistgħu jistennew mingħajr ma jiġu mdejqa minn dawk li jkunu qed jippruvaw jaqsmu b'mod illegali.