L-Ingilterra ssellem lis-Sajf; temperaturi mistennija jaqgħu radikalment

Jidher li mhux Malta biss qed tara tibdil fl-andament tat-temp. L-Ingilterra se tkun qed issellem il-ġranet sbieħ Sajfin li kellha din is-sena hekk kif it-temperaturi mistennija jaqgħu b’mod radikali f’dawn il-jumejn.

Skont it-tbassir tat-temp, il-jiem sħan, Sajfin li gawdew minnhom l-Ingliżi din is-sena se jispiċċaw fix-xejn hekk kif it-temperatura hija mbassara li se tinżel għal 24 grad celcius. B’hekk se jkollhom jistennew sas-sena d-dieħla biex iduqu xi ftit mis-sħana li ngawdu aħna l-Maltin b’mod regolari.

L-uffiċċju meteoloġiku Ingliż qed ibassar li dal-jumejn it-temperatura se taqa’ għal 17-il grad celcius. Huwa mistenni li fin-naħa tat-Tramuntana, f’postijiet għoljin se jagħmel is-silġ ukoll.