L-Ingilterra jegħlbu lin-Niġerja

It-tim nazzjonali Ingliż kompla l-preparazzjoni għat-Tazza tad-Dinja li se tibda fi żmien ftit ġimgħat b’rebħa ta’ 2-1 kontra n-Niġerja. Id-difensur ta’ Chelsea Gary Cahill fetaħ l-iskor wara biss seba’ minuti b’daqqa ta’ ras filwaqt li t-tieni gowl skurjah Harry Kane.
In-Niġerja wettqet erba’ bidliet fil-bidu tat-tieni taqsima u kien fis-47 minuta li t-tim Afrikan irnexxilu jsib ix-xibka grazzi għal Alex Iwobi.
It-tim taħt il-gwida ta’ Gareth Southgate ma kienx daqshekk perikoluż fit-tieni parti tal-partita hekk kif ir-rivali Afrikani poġġew lid-difiża Ingliża taħt pressjoni. Minkejja li l-Ingilterra naqset xi ftit ir-
ritmu, huma kisbu 57% tal-pussess tal-ballun filwaqt li kellhom ukoll iktar xuttijiet lejn il-lasta min-Niġerja.