L-Ingilterra b’pakkett ta’ €280 miljun għaċ-ċiklisti minħabba l-virus

L-Ingilterra se jkun qed tinvesti madwar €280 miljun f’fond ta’ emerġenza għaċ-ċiklisti u għan-nies biex jimxu b’mod sigur minħabba l-virus.

Is-Segretarju għat-Trasport Grant Shapps qal li kien hemm livelli bla precedent ta’ nies li kienu qed jimxu jew jużaw ir-roti waqt il-pandemija.

Qal li filwaqt li kien kruċjali għan-nies biex jibqgħu d-dar, meta n-nies jerġgħu jmorru għax-xogħol dawn għandhom ikomplu jużaw ir-roti u jimxu. Qal li hemm bżonn li jkun hemm aktar nies li jissieħbu magħhom.

L-awtoritajiet Ingliżi qed jiftħu karreġġjati għar-roti, qed jagħmlu bankini usa, u junctions aktar siguri.