L-Ingilterra bla faħam għall-ewwel darba f’aktar minn 100 sena

L-Ingilterra għamlet ġurnata sħieħa topera mingħajr l-użu tal-faħam biex tiġġenera l-elettriku għall-ewwel darba mir-Rivoluzzjoni Industrijali.
Il-kumpanija tal-enerġija National Grid qalet li lbieraħ kien mument storiku fl-Ingilterra hekk kif irnexxielu jikser ir-rekord tiegħu stess li jiġġenera l-elettriku mingħajr faħam għal aktar minn 19-il siegħa.
Il-Gvern Ingliż qal li għandu ippjanat biex sas-sena 2025 iwaqqaf għal kollox impjanti tal-faħam bl-għan li jnaqqas l-emmissjonijiet.