L-inflazzjoni fl-2014 ta’ 0.8%

F’Diċembru l-ħajja għoliet b’0.4%.
Dan meta sena qabel, ir-rata kienet ta’ 1%.
Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), kien hemm żieda fil-prezzijiet tar-ristoranti, servizzi tar-rikreazzjoni u sportivi, u prezzijiet ogħla għall-ħwejjeġ.
Min-naħa l-oħra, naqsu l-prezzijiet tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma.
Skont l-NSO, fi 12-il xahar iċ-ċaqlieqa kienet ta’ 0.8%.