L-infermiera Spanjola jidher li fieqet mill-Ebola

L-infermiera Spanjola, Maria Teresa Romero, infettata bl-Ebola, jidher li m’għadx għandha aktar il-virus fid-demm.
Jidher li test mediku li sar ilbieraħ fuq il-mara, irriżulta fin-negattiv.  Maria Teresa Romero ta’ 44 sena, ilha fl-isptar mis-6 ta’ Ottubru.
Jekk it-tieni test mediku jkun negattiv, il-każ ta’ Maria Teresa Romero jista’ jiġi ddikkjarat magħluq iżda dan ma jfissirx li l-infermiera tista’ tħalli l-isptar u tmur lura lejn darha.  
Romero għandha infezzjoni kbira fil-pulmun u bdiet terġa’ tiekol fl-aħħar tliet ijiem.
Il-mara se jkollha tibqa’ tingħata l-kura għat-tliet ġimgħat li ġejjin biex it-tobba jkunu ċerti li ma terġax toħroġ l-Ebola.
Maria Teresa Romero ħadet ħsieb tipprova dewwi liż-żewġ missjunarji li mietu proprju minħabba l-virus tal-Ebola fit-12 ta’ Awwissu u fil-25 ta’ Settembru.