L-infermiera Skoċċiża bl-Ebola “f’qagħda kritika”

L-infermiera Skoċċiża li fl-aħħar jiem reġa’ kellha s-sintomi tal-Ebola, tinsab f’qagħda kritika hekk kif il-kundizzjoni tagħha marret lura.
Pauline Cafferkey, li kellha kumplikazzjonijiet tal-virus li ġġieldet kważi sena ilu, ittieħdet bl-ajru fi sptar f’Londra mill-Iskozja.
L-isptar qal biss li l-kundizzjoni tagħha marret lura.
L-infermiera, li laqqtet l-Ebola waqt xogħol volontarju fl-Afrika tal-Punent, qed tinżamm għal kura speċjalizzata f’tinda ta’ iżolament.
Għalkemm ma kienx eskluż li sintomi tal-Ebola baqgħu f’pazjenti mfejqa, inkluż f’għajnejhom u fi trasmissjoni sesswali, l-infermiera Skoċċiża hi l-ewwel każ magħruf ta’ rikorrenza fejn il-pazjent jinsab f’periklu tal-mewt.