L-infermiera mhux se jistrajkjaw għalissa – MUMN

Il-Unjin Maltija għall-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) qalet li ssospendiet id-direttivi kollha tagħha għal jumejn sakemm tittieħed deċiżjoni mill-Gvern.
Fi stqarrija, l-MUMN qalet li nhar it-Tlieta, waqt laqgħa tal-Kabinett, il-Gvern se jiddeċiedi dwar il-proposta tal-iskema tal-irtirar bikri ta’ 25 sena.
Madanakollu, l-Unjin qalet li jekk tirċievi xi aħbar negattiva mill-Gvern, id-direttivi jerġgħu jidħlu fis-seħħ minn nhar l-Erbgħa.
Skont l-MUMN, il-Gvern s’issa

  • Aċċetta tibdil fl-iskali tal-ħlas
  • Aċċetta Qafas Speċjalista, bl-avviż legali jiġi fis-seħħ fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla
  • Aċċetta li dak kollu li jiġi deċiż fil-ftehim jiġi applikat b'effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2018

Fost oħrajn, id-direttivi industrijali għall-infermiera kollha, mhux biss dawk ta’ Mater Dei, jinkludu li dawn:

  • Ma jgħinux fil-ħasil tal-pazjenti
  • Ma jgħinux fit-tqassim tal-ikel
  • Ma jagħmlu l-ebda xogħol klerikali
  • Ma jwasslux pazjenti minn ward għal ieħor ħlief xi wħud