L-infermiera huma eroj – il-Papa

Il-Papa Franġisku ddeskriva lill-infermiera bħala eroj waqt il-quddiesa ta’ dalgħodu minn Santa Marta fil-Belt tal-Vatikan.  Hu talab b’mod speċjali għalihom fil-jum iddedikat lilhom.

“Illum il-Ġurnata Internazzjonali tal-Infermiera.” Hekk beda l-quddiesa l-Papa meta fakkar dan il-jum iddedikat lil dawk li b’tant imħabba u dedikazzjoni jieqfu mal-morda.

Mhux biss xogħol imma vokazzjoni

“Ejjew nitolbu għall-infermiera, irġiel u nisa, żgħar u kbar” talab il-Papa Franġisku li kompla biex jiddeskrivi dan ix-xogħol mhux biss bħala professjoni. Skont il-Papa, il-professjoni tal-infermiera “hi vokazzjoni u ħajja ddedikata” u mhux biss xogħol.

“Jalla l-Mulej iberikhom, b’mod speċjali f’dan iż-żmien ta’ pandemija,” temm jgħid il-Papa Franġisku meta fakkar li l-infermiera wrew “eroiżmu u wħud minnhom taw ħajjithom”.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn