L-infermiera f’Monte Karmeli b’Direttriċi ġdida

Dr Victoria Sultana nħatret Direttriċi għall-Infermiera fl-Isptar Monte Karmeli.
Hija ħadet it-taħriġ kliniku meħtieġ  fl-isptar San Tumas f’Londra u gradwat b’Baċellerat tax-Xjenzi fin-Nursing mis-City University of London.
Wara bosta snin taħdem fi sptarijiet f’Londra, hija rritornat Malta fl-2001 fejn bdiet taħdem bħala lettura fl-Università ta’ Malta. Mill-2014 hija serviet bħala d-Direttriċi għall-Infermiera u Qwiebel fl-Isptar Mater Dei.
L-Isptar Monte Karmeli ssemma f’diversi każi dan l-aħħar inklużi sejbiet tad-drogi u l-mewt ta’ pazjent li ġie infettat bil-leġjonella.
Ritratt: Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa