L-Industry Expo fl-Università għal sena oħra

L-għaqda studenteska ICTSA ħabbret li r-raba’ edizzjoni tal-Industry Expo se ssir altar tard dan ix-xahar.
Fi stqarrija l-Għaqda qalet li fl-Industry Expo, li din is-sena se ssir nhar is-26 t’Ottubru, se jkun hemm madwar 20 kumpanija u organizzazzjoni bl-għan li dawn joffru aktar opportunitajiet lill-istudenti li qed jistudjaw l-ICT jew suġġetti relatati ma’ dan il-qasam.
Waqt l-Industry Expo l-kumpaniji jiltaqgħu mal-istudeni u jitkellmu fid-dettall magħhom dwar l-aspetti tal-karriera tagħhom u x’joffri bħala xogħol dan il-qasam.
L-Expo se ssir fil-Fakultà tal-ICT fl-Università ta’ Malta bejn 12pm u s-6pm u se tkun miftuħa wkoll għall-pubbliku.
Ritratt: ICTSA