“L-industrija tal-prostituzzjoni tagħmel flus daqs Google”

Bosta studenti nsistew li kull sena l-industrija tal-prostituzzjoni qed tagħmel flus daqs il-kumpanija Google.
Waqt il-Malta Student Psychology Forum organizzat mill-National Student Travel Foundation (NSTF) mill-BetaPsi, l-għaqda studenteska tal-psikoloġija fl-Università ta' Malta, l-istudenti li pparteċipaw fid-dibattitu, staqsew x’qed isir biex tingħeleb il-prostituzzjoni f’Malta u dwar x’jista’ jsir biex il-prostituti jiġu mgħejuna psikoloġikament.
Fi tmiem il-forum ġiet organizzata ċerimonja fejn Shanice Borg u Liam Caruana mill-Università ta’ Malta rebħu skambju taż-żgħażagħ fil-Belġju sponsorjat mill-NSTF u l-BetaPsi, filwaqt li Miguel Vella u Angela Andreinski, it-tnejn mill-Kulleġġ San Alwiġi, ingħataw vawċer sponsorjat mill-Kamra tal-Psikologi f’Malta.