“L-industrija tal-kostruzzjoni wasslet għas-surplus tal-Gvern” – MDA

L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin (MDA) sostniet li l-industrija tal-kostruzzjoni u l-proprjetà kienet waħda mill-muturi ekonomiċi għas-surplus li l-Gvern ħabbar ftit tal-jiem ilu.
L-MDA ferħet lill-Gvern talli laħaq dan l-għan mingħajr miżuri ħarxa, filwaqt li naqqas it-taxxi.
Din ma kinitx l-ewwel organizzazzjoni importanti fl-ekonomija ta’ Malta li tkellmet dwar dan.
Ilbieraħ tkellmu wkoll il-Kamra Maltija għan-negozji Żgħar u Medji, il-GRTU, u l-Assoċjazzjoni Maltija ta’ Min Iħaddem, l-MEA.
Filwaqt li l-GRTU saħqet li l-mudell pro-business li addotta l-Gvern witta t-triq għas-suċċess ekonomiku attwali, l-MEA kienet aktar xettika, u rrimarkat li das-surplus ġie minn tnaqqis fl-ispiża tal-Gvern fi żmien meta l-infiq tal-Gvern kien qed jiżdied annwalment b’7%.