L-industrija tal-gaming f’Malta tibqa’ b’saħħitha

Waqt li indirizzat lil dawk preżenti waqt iż-żjara, Isabelle Andrès, il-Kap Eżekuttiv tal-Grupp, laqgħat u rringrazzjat lill-Gvern Malti u l-Awtoritá Maltija tal-Logħob taż-żjara u tal-appoġġ li taw lil Grupp.
Il-grupp dan l-aħħar mexxa l-attivitajiet kummerċjali u finanzjarji minn Ġibiltà lejn Malta wara perijodu intensiv ta’ konsultazzjoni. Din id-deċiżjoni wasslet ukoll għal żieda fl-opportunitajiet ta’ xogħol f'Malta, fejn il-Grupp għandu l-akbar uffiċċji ta’ operat.
Andrès qalet li “Betclic Everest Group huma kuntenti li għandhom liċenzja Maltija u jinsabu impenjati li jkomplu jtejbu r-relazzjoni tajba tagħhom mal-Awtorità Maltija tal-Logħob.”
Min-naħa tiegħu l-Ministru Chris Cardona qal li “dawn l-impjiegi jirriflettu l-istrateġija proattiva tal-Gvern sabiex joħloq impjiegi ġodda. Huwa dejjem inkoraġġanti li tara investiment kontinwu minn kumpaniji internazzjonali ta’ reputazzjoni bħal Betclic Everest Group f’Malta. Il-Gvern hu impenjat li jappoġġja l-industrija tal-logħob sabiex jinżamm ir-ritmu tal-kompetizzjoni u biex ikompli jattira investiment barrani lejn Malta.”
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu lil karl@newsbook.com.mt