L-industrija tal-films waqfet kompletament – l-Assoċjazzjoni tal-Produtturi

Read in English.

L-Assoċjazzjoni tal-Produtturi f’Malta qalet li l-industrija tal-films u tat-TV f’Malta waqfet kompletament minħabba l-imxija tal-coronavirus. Fi stqarrija hija spjegat li minħabba d-dipendenza tagħha fuq l-ivvjaġġar tal-crew u cast tal-produzzjoni u wasslu biex jikkanċellaw jew jipposponu b’mod indefinit.

L-Assoċjazzjoni tgħid li qed tipprepara għall-agħar żmien minħabba li s-sentiment huwa li dan hu biss il-bidu ta’ dak li jidher li huwa perjodu ferm restrittiv. Tgħid li dan ifisser li l-mijiet ta crew u professjonisti li jaħdmu biss fl-industrija tat-TV / film u li ħafna minnhom huma impjegati għal rashom, issa d-dħul tagħhom waqaf f’daqqa.

L-assoċjazzjoni appellat lill-Prim Ministru biex jikkunsidra l-proposti mressqa mill-Kamra tal-SMEs b’urġenza biex jissalvagwardja l-għajxien ta’ dawk l-agħar milquta mis-sitwazzjoni tal-coronavirus.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn