L-Indja tirrifjuta għajnuna finanzjarja mill-Qatar u mill-UAE

REUTERS/Sivaram V

L-Indja ddeċidiet li ma tridx taċċetta għajnuna finanzjarja minn gvernijiet barranin biex tirkupra mill-għargħar fl-istat ta’ Kerala. Dan qalu l-gvern Indjan wara li ġie offrut għajnuna finanzjarja mill-Qatar u mill-Emirati Għarab Magħquda (UAE).

Din id-deċiżjoni wasslet għal ħafna kritika mill-oppożizzjoni, li talbet li tispiċċa s-sofferenza tan-nies fin-naħa t’isfel tal-istat, li intlaqtlu mill-għar għargħar f’mitt sena.

Il-Ministru tal-affarijiet Barranin Indian qal li il-gvern Indjan japprezza l-offerti li għamlulu diversi gvernijiet barranin biex jassistu fl-irkupru u r-reabilitazzjoni wara l-għarar ta’ Kerala.  Madanakollu, huwa qal li l-politika preżenti hija kommessa li tirkupra l-pajjiż minn sforzi domestiċi.