L-Indja tinsisti li ż-żewġ Taljani jibqgħu l-ħabs għall-Milied

Iż-żewġ suldati Taljani arrestati fl-Indja kważi tliet snin ilu, mhux se jitħallew jgħaddu l-festi tal-Milied mal-familja fl-Italja.
L-Indja qed tinsisti li Massimiliano Latorre, li ngħata libertà proviżorja għal kura fl-Italja, jirritorna l-ħabs waqt li ċaħdet il-permess għal sieħbu, Salvatore Girone, biex jgħaddi ftit ġimgħat mal-familja.
L-Indja qed tinsisti li anke l-vittmi għandhom drittijiet u li għadha għaddejja bl-inkjesta tagħha.
Iż-żewġ Taljani huma akkużati li fi Frar tal-2012 qatlu żewġ sajjieda Indjani waqt missjoni kontra l-piraterija.
Huma jistgħu jiffaċċjaw sentenza ta’ piena kapitali.