L-Indja mistenni tevakwa 800,000 persuna qabel iċ-ċiklun Fani

Indja se tuża diversi mezzi fosthom xarabanks u ferroviji biex tevakwa madwar tmien mitt t’elf persuna mill-kosta tal-llvant wara li ciklun mistenni ikaxkar dawn il-bnadi f’dawn 24 siegħa li jmiss.

Ic-cikljun magħrufa bhala Fani ġie lokat fil-punent tal-bajja ta’ Bengal skont l-uffiċċju meteroloġiku tal-pajjiż. Ix-xlokk tal-istat ta’ Odisha mistenni jintlaqat minn xita qawwija fil-ġurnata tal-ħamis.

Tmien mitt t’elf persuna huma maħsuba li għandhom jiġu evakwati mill-bnadi l-aktar baxxi ta’ 14 –il distrett f’Odisha u jittieħdu f’ċentri, skejjel u binijiet governattivi iktar siguri.

Ciklun simili li ħakem il-kosta ta’ Odisha għoxrin sena ilu qatel madwar 10 t’elf persuna waqt li evakwazzjoni tal-massa fl-2013 salvat ħajjiet in-nies.