L-Indja l-aktar popolari għall-adozzjonijiet

Fi statistika ppubblikata fil-Parlament, il-Ministru għall-Familja Michael Falzon qal li l-Indja huwa l-aktar pajjiż li minnu ġew reġistrati adozzjonijiet fl-2017.
Il-Ministru Falzon qal li fl-aħħar sentejn, il-koppji Maltin adottaw 26 tifel jew tifla minn tliet pajjiżi, b’nofs l-adozzjonijiet kienu mill-Indja, waqt li l-oħrajn ġew adottati mill-Portugal u mis-Slovakkja.
Meta kien qed iwieġeb mistoqsija supplementari tad-deputat Nazzjonalista Claudio Grech, il-Ministru qal li fil-ġimgħat li ġejjin se jinfetaħ triq ġdida għal adozzjoni minn pajjiż ġdid Ewropew.
Huwa qal mill-Portugal hemm arranġamenti speċjali fejn qed jiġu addottati aħwa li ma jkunx trabi.
Semma wkoll il-wegħda elettorali ta’ għotja sa massimu ta’ €10,000 għal min adotta tfal minn barra minn Malta li ġew konklużi mill-10 t’Ottubru 2017 lil hawn.