L-Indja: Jidfen lil bintu ħajja “għax hi tifla”

Raġel kien arrestat wara li prova jidfen lil bintu t’għaxar snin ħajja għax hi tifla.
Il-pulizija qalu li l-inċident xokkanti seħħ fi Tripura fl-Indja, meta Abdul Hissein inqabad ipoġġi lil bintu fil-ħofra b’idejha marbutin b’ħabel u ħaqlha mgħotti bit-tape.
Ftit tal-ħin qabel deher iħaffer ħofra fil-ġnien tad-dar tiegħu. Dan kollu seħħ meta martu ma kinitx id-dar.
Il-missier imbagħad mela l-ħofra sal-livell ta’ sider it-tifla, b’ritratti juru rasha u jdejha ‘l fuq mill-art.
Kollox sfratta nofs triq meta mart Abdul irritornat id-dar. Dak il-ħin hu poġġa basket tal-bamboo fuq ras it-tifla, bl-intenzjoni li jidfinha kompletament wara li titlaq martu.
Minkejja dan, omm it-tifla bdiet issaqsi fejn hi bintha, li nstabet ftit tal-ħin wara mill-ġirien.
Hu mifhum li l-ġirien sawtu lir-raġel qabel ma ċemplu lill-pulizija.
Abdul kien arrestat u issa qed ikun akkużat b’attentat ta’ qtil.