L-indiċi tal-prezzijiet jonqos b’0.24% f’Awwissu

Matul ix-xahar ta’ Awwissu, l-indiċi tal-prezzijiet naqas b’0.24% meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena li għaddiet.

Dan jirriżulta mill-istatistika tal-NSO maħruġa llum. 

Dan it-tnaqqis ġie rreġistrat bi tnaqqis fl-indiċi tal-ħwejjeġ u ż-żraben, it-tgħamir viżiv u awdjo-viżiv, ir-rikreazzjoni u l-kultura, id-djar u l-manutenzjoni.

Matul l-istess xahar kien hemm żieda fl-indiċi tal-frott u l-ħaxix, l-ilma, l-elettriku u l-fjuwils, it-trasport u l-komunikazzjoni, ix-xorb alkoħoliku u t-tabakk.

Sa’ Awwissu fuq medda ta’ 12-il xahar ir-rata medja tal-inflazzjoni kienet tammonta għal 2.19% filwaqt li r-rata annwali tammonta għal 1.5%.