L-indiċi tal-prezzijiet jagħti inflazzjoni inqas f’Diċembru

Ċifri tal-NSO juru li l-inflazzjoni f’Diċembru, imkejla skont l-indiċi tal-prezzijiet fis-suq, kienet ta’ 1.04%.
Sena qabel din kienet ta’ 0.15%.
Skont l-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet, il-ħajja f’Diċembru għoliet b’1.2%.
Għal darb’oħra reġgħu kienu l-prezzijiet tal-ħaxix u s-sigaretti li għollew il-ħajja flimkien ma’ prezzijiet ogħla għal postijiet u attivitajiet ta’ divertiment.
Min-naħa l-oħra kien hemm roħs fil-prezz tal-gass li ma kienx biżżejjed biex ipatti għaż-żieda.