L-indiċi Dow Jones jilħaq l-ogħla livell mill-bidu tal-kriżi finanzjarja

Fi New York l-indiċi tal-ismha Dow Jones laħaq l-ogħla livell li qatt ġie reġistrat minn meta bdiet il-kriżi finanzjarja.

L-indiċi Wall Street laħaq l-14,206 u b’hekk qabeż ir-rekord ta’ 14,198 milħuq f’Ottubru 2007.

Dan jindika li l-investituri qed jerġgħu jiksbu kunfidenza fis-suq Amerikan.