L-indafa tispikka fil-manifest Laburista għal kull lokalità

Read in English.

Il-Partit Laburista nieda l-proposti tiegħu għal-lokalitajiet, liema proposti, il-Prim Minsitru qal li ħarġu minn konsultazzjoni kontinwa permezz tal-istrutturi tal-Partit Laburista. Spjega li l-manifest ġenerali u dawk speċifiċi għal-lokalitajiet jiffukaw fuq il-kwalità tal-ħajja, tal-ħin, postijiet, infrastruttura u servizz li l-komunità tippretendi mill-Kunsilli Lokali.

Semma’ l-kwistjoni tal-indafa fejn qal li l-Kunsilli għandhom ikollhom rwol fl-għoti lura tal-fliexken tal-plastik mil-lokalitajiet. Qal li din l-iskema se tidħol sal-aħħar ta’ din is-sena. Qal li l-Kunsuilli Lokali għandhom jagħtu preferenza lill-vetturi elettriċi u jaħdmu biex jiżdiedu ċ-charging points madwar il-lokalitajiet.

L-ambjent huwa fuq quddiem nett tal-aġenda tal-Partit Laburista għall-Kunsilli Lokali, kif ukoll l-oqsma tat-trasport alternattiv, infrastruttura moderna, dimensjoni soċjali u l-ħajja kulturali.

Semma’ l-miżuri speċifiċi għall-anjnimali bħalma huma dog parks u cat cafes li se jsiru fil-lokalitajiet f’żoni fejn ma jkunux ta’ inkonvenjent għar-residenti.