L-inċidenti dejjem tort tas-sewwieqa?

Hekk kif l-aħbarijiet dwar inċidenti fit-toroq Maltin aktar ma jmur dejjem qed jiżdiedu, wieħed bla ma jrid jibda jaħseb x'qed jikkawża dawn l-inċidenti kollha.
Filmat li qed jiċċirkola fuq il-midja soċjali mill-paġna Selfish Drivers – Malta, juri inċident li ġie evitat bi żbrixx fi Triq Birkirkara f'San Ġwann ftit qabel it-8.30am.
Fil-filmat tidher persuna taqsam mit-triq traffikuża u sewwieq ta' mutur jieqaf bl-eżatt u jtir minn fuq il-mutur biex jevita milli jtajjar lill-persuna.
Wieħed jista' jgħid li l-inċident ġie evitat bi żbrixx.
Inti x'taħseb – l-inċidenti dejjem tort tas-sewwieqa? 
Filmat: Selfish Drivers – Malta