L-inċertezza f’Ċipru twassal lill-banek biex ma jiftħux

L-inċertezza fiż-żona Ewro u fl-ekonomija ta’ Ċipru kompliet tikber wara li l-Parlament Ċiprijott irrifjuta li japprova l-aħħar pjan ta’ bail-out.

Dan il-pjan kien jinkludi taxxa fuq it-tfaddil fil-kontijiet bankarji, u kien mistenni li jħalli lill-gvern madwar €5 biljuni.

B’konsegwenza, il-banek f’Ċipru mistennija jibqgħu magħluqa sa’ għada biex ma jkunx hemm folol kbar li jiġbdu l-flus tagħhom minn dawn il-banek.

Il-President ta’ Ċipru, qed imexxi laqgħat bejn il-Partiti u l-bank ċentrali Ċiprijott biex jevalwaw l-alternattivi għal dan il-pjan.

Wara dawn il-laqgħat, il-President mistenni jidħol f’diskussjonijiet mal-Unjoni Ewropeja, il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank Ċentrali Ewropew.