L-imwiet tal-coronavirus fid-dinja jitilgħu għal 800,000

coronavirus italy

Read in English.

L-imwiet madwar id-dinja kollha kkawżati mill-coronavirus issa qabżu t-800,000. Skont it-tim taċ-ċentru tar-riċerka dwar il-coronavirus Johns Hopkins, il-każijiet ta’ coronavirus laħqu kważi 23 miljun każ madwar id-dinja.

Il-pajjiż l-aktar milqut huwa l-Istati Uniti bi kważi 5.6 miljun każ u ‘l fuq minn 175,000 mewta, segwit mill-Brażil, il-Messiku, l-Indja u r-Renju Unit.

L-akbar epiċentru tal-pandemija COVID-19 jibqa’ fl-Amerika li dan il-kontinent jirrappreżenta aktar minn nofs il-każijiet globali.

Il-Kummissjoni Ekonomika għall-Amerika Latina u l-Karibew (ECLAC) qalet li l-pandemija tista’ ġġiegħel lil 45 miljun persuna fl-Amerika Latina u fil-Karibew jidħlu fil-faqar. Dan ifisser li 37% tal-popolazzjoni tar-reġjun kollu.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn