L-imwiet mill-COVID-19 fid-dinja jaqbżu l-200,000

REUTERS/Flavio Lo Scalzo

Read in English.

Fid-dinja mietu aktar minn 200,000 persuna minħabba l-coronavirus filwaqt li n-numru totali ta’ każi mistennija jilħaq it-3 miljuni fil-jiem li ġejjin.

Skont stħarriġ li sar mir-Reuters, aktar minn nofs l-imwiet ġew reġistrati fl-Istati Uniti, fi Spanja, u fl-Italja.

L-ewwel mewt b’rabta mal-marda tal-COVID-19 ġie rrappurtat fl-10 ta’ Jannar f’Wuhan fiċ-Ċina. Wara 91 jum, in-numru totali ta’ imwiet qabeż il-100,000. Wara 16-il ġurnata ċ-ċifra ta’ mwiet laħqet il-200,000. Dan skont statistika tar-Reuters u ta’ rapporti uffiċċjali mill-gvernijiet.

Huwa stmat li jkun hemm 400,000 mewt fis-sena mill-malarja, waħda mill-mardiet infettivi l-aktar qerrieda fid-dinja.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn