L-imwiet fl-Istati Uniti jaqbżu l-140,000; il-pandemija tiħrax

Read in English.

L-imwiet fl-Istati Uniti kawża tal-pandemija tal-coronavirus qabżu l-140,000 is-Sibt dan hekk kif il-każi pożittivi komplew jiżdiedu fi 43 stat minn 50 fl-aħħar ġimgħatejn.

Skont Reuters, mill-aħħar ta’ Ġunju, l-Istati Uniti rat żieda f’każi ġodda u issa, sitt ġimgħat wara, ir-rata ta’ mwiet ukoll bdiet tiela’. L-Amerika qed titlef mal-5,000 persuna kawża tal-virus kull ġimgħa. B’kuntrast, il-Kanada irrappurtat 8,800 mewta minn meta bdiet il-pandemija.

F’ġimgħa biss, l-Istati Uniti rreġistrat kważi daqs il-5,600 mewta li kien hemm fl-Iżvezja minn meta tfaċċat il-pandemija fil-pajjiż.

Intant, fl-Istati Uniti, ċertu stati qed jispiċċaw lanqas għandhom spazju biżżejjed fejn iżommu l-iġsma tal-persuni hekk kif il-kmamar mortwarja.

Jidher li l-pajjiż qed jinvesti f’portable coolers kbar fejn jista’ jżomm l-iġsma tal-persuni li qed imutu kawża tal-virus.