L-imwiet fi Spanja jilħqu kważi 500

A woman, wearing a protective mask, walks in the empty Alacal street during partial lockdown, as part of a 15-day state of emergency to combat the coronavirus outbreak in Madrid
REUTERS/Sergio Perez

L-imwiet kawża tal-coronavirus fi Spanja telgħu għal 491 illum minħabba l-coronavirus. Din hija qabża kbira mill-għadd ta’ mwiet li kienu rreġistrati sal-bieraħ kienu jammontaw għal 309 mwiet.

Midja internazzjonali qalu wkoll li l-każi kkonfermati fil-pajjiż telgħu b’2,000 każ ġdid. Jiġifieri fil-pajjiż issa hemm 11,178 każ. Intant il-pajjiż għalaq il-fruntieri tiegħu u ordna lockdown parzjali fuq l-47 miljun persuna residenti fil-pajjiż.

Il-BBC irrapporta kif l-imwiet qed jiżdiedu wkoll f’pajjiż oħra, inkluż l-Iran, fejn ġew irreġistrati 135 mewta oħra. Issa fl-Iran mietu kważi elf persuna b’rabta ma’ dan il-coronavirus.

Intant, l-Unjoni Ewropea qed tippjana li twaqqaf l-ivjaġġar kollu li mhux neċessarju li jsir għal minn tal-inqas 30 jum. Din se tiġi diskussa mill-mexxejja Ewropej illum permezz ta’ laqgħa onlajn.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn