L-imwiet fi Spanja jaqbżu dawk taċ-Ċina

Member of Emergency Military Unit (UME) disinfects a corridor in a special facility for psychically disabled people in Getafe
REUTERS/Sergio Perez

Read in English.

L-imwiet fi Spanja minħabba l-coronavirus qabżu dawk taċ-Ċina hekk kif matul il-ġurnata kien hemm 738 mejta. Dan hekk kif il-Gvern Spanjol qed jiġġieled dan il-virus f’ġurnata li Ministru ieħor irriżulta pożittiv gġall-COVID-19.

B’total ta’ 3,434 fatalità, Spanja issa għandha t-tieni l-ogħla numru ta’ imwiet madwar id-dinja wara s-6,820 fl-Italja. L-aktar milquta kienu d-djar tal-anzjani filwaqt li rink tal-iskating fi skola Spanjola inbidel f’kamra mortwarja.

L-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters qalet li l-Pulizija kienet tgħasses dan ir-rink li normalment ikun port popolari għall-festini tat-tfal.

Il-Gvern Spanjol qal li d-Deputat Prim Ministru Carmen Calvo ttestjat pożittiva għall-coronavirus. Calvo hija t-tielet membru tal-kabinett li ġiet infettata.

Toroq kbar f’Madrid u Barċellona kienu kważi abbandunati, dan l-istess bħalma kienu bliet u rħula madwar Spanja. Spanja qed tuża’ wkoll magni biex tisprejja diżinfettant għall-indafa fit-toroq.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn