L-imwiet fi Franza joqorbu lejn 19,000

REUTERS/Christian Hartmann

Read in English.

L-imwiet fi Franza b’rabta mal-coronavirus qorbu lejn 19,000 ilbieraħ. Minkejja dan il-maġġoranza tad-data qed turi li l-firxa tal-marda qed tonqos wara lockdown ta’ xahar fil-pajjiż. Dan qaluh uffiċjali.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet Jerome Salomon, il-Kap tal-awtorità tas-saħħa pubblika fil-pajjiż, qal li l-għadd ta’ persuni li jinsabu fl-isptarijiet għall-kura naqas għat-tielet jum konsekuttiv, filwaqt li l-għadd ta’ persuni fil-kura intensiva naqas għad-disa’ jum konsekuttiv.

L-għadd ta’ pazjenti fl-ICU, li huwa dak ta’ 6,027 persuna, kien fost l-inqas għadd mill-1 ta’ April, u naqas b’1,000 persuna mill-massimu tiegħu li kien fit-8 ta’ April meta kien hemm total ta’ 7,148 pazjent. Qabel ma bdiet il-firxa tal-coronavirus fil-pajjiż, Franza kellha total ta’ 5,000 sodda fl-isptarijiet li kienu attrezzati b’ventilator.

L-għadd ta’ persuni li mietu fl-aħħar 24 siegħa fil-pajjiż tela’ għal dak ta’ 18,681. Franza huwa r-raba l-aktar pajjiż li rreġistra mwiet b’rabta mal-virus, wara l-Istati Uniti, l-Italja u Spanja u qabel ir-Renju Unit. Dawn il-pajjiż flimkien jgħaqqdu kważi tliet kwarti tar-rata ta’ mwiet globali li qabżet il-149,000 mewta.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn