L-Imsida tiċċelebra għeluq il-125 sena tal-istatwa titulari

Diversi ċelebrazzjonijiet se jkunu qed isiru għada fil-Knisja parrokkjali San Ġużepp, fl-okkażjoni tal-125 anniversarju mill-miġja tal-istatwa titulari fl-Imsida.
Għal din l-okkażjoni se ssir Quddiesa kantata, iċċelebrata mill-Kappillan il-Kanonku Dun Simon Sciberras, fit-8am.
ll-kor tal-parroċċa Ite Ad Joseph, immexxi mill-kanonku Dun Alfred Camilleri, se jipparteċipa f’din il-Quddies. 
Fid-9am se issir purċissjoni bl-istatwa artistika ta’ San Ġużepp, madwar it-toroq tal-Parroċċa bis-sehem tal-Għaqda Melita Banda San Ġużepp, u l-fratellanzi ta’ San Ġużepp ta’ Malta u Għawdex. Din il-purċissjoni se tkun immexxja minn Dun Norman Zammit, li kien kappillan tal-Imsida.
Fis-6:30pm l-Arċisqof Emeritus Mons. Pawlu Cremona, flimkien mas-saċerdoti tal-parroċċa u Msidjani se jikkonċelebraw Quddiesa solenni. L-orkestra mmexxija mis-Surmast Jamse Chappell se tieħu sehem f’din il-quddiesa.
Kulħadd huwa mistieden jattendi dawn iċ-ċelebrazzjonijiet.