L-importazzjoni tal-makkinarju żżid id-defiċit fil-kummerċ

Makkinarju u apparat marbut mat-trasport kienu l-fattur ewlieni li fi Frar li għadda żiedu d-defiċit fil-kummerċ tal-pajjiż.
€163 miljun minn €122 miljun għaż-żieda fl-importazzjoni fi Frar kienet propju minħabba dan il-qasam, hekk kif il-pajjiż, fit-tieni xahar tas-sena, irreġistra żieda qawwija fl-importazzjoni u tnaqqis ta’ €53 miljun fl-esportazzjoni.
Dan ifisser li fi Frar, id-differenza bejn l-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-pajjiż telgħet għal €558 miljun minn €382 miljun fi Frar tas-sena l-oħra.
Skont l-NSO, id-defiċit fil-kummerċ għall-ewwel xahrejn tas-sena kiber bi kważi €169 miljun.