L-impjiegi jiżdiedu bi 2.8%

Matul ir-raba kwart tal-2013, in-numru ta’ persuni jaħdmu kien 178,241, jiġifieri żieda ta' 2.8%.
Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi li n-numru ta' persuni jaħdmu jammonta għal kważi nofs il-popolazzjoni mill-età ta’ 15-il sena ‘l fuq.
12,131 persuna qed ifittxu xogħol filwaqt li 170,556 persuna oħra ma jaħdmux.
In-numru ta’ persuni li qed ifittxu xogħol huwa ta’ 6.4%, bl-ogħla ammont ta’ qgħad qiegħed fost persuni li għandhom aktar minn 25 sena.
Jirriżulta wkoll li 13% huma self-employed filwaqt li 12% għandhom xogħol fuq bażi part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom.