L-impjiegi f’Malta jiżdiedu b’1.3%

Arkivji

Skont stqarrija tal-Eurostat, l-impjiegi f’Malta żdiedu b’1.4% minn April sa Ġunju ta’ din is-sena u dan ifisser li Malta u l-Estonja kienu l-aktar pajjiżi li ħolqu impjiegi fl-Unjoni Ewropea (UE), bil-medja tkun ta’ 0.4%.

Meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra l-istatistika tispjega li r-rata ta’ tkabbir ta’ Malta kienet ta’ 5.5% li hija l-ogħla rata fl-UE filwaqt li Ċipru ġie fit-tieni post b’rata ta’ tkabbir ta’ 4.3%.

Il-Eurostat irrimarka li f’dan il-perjodu n-numru totali ta’ persuni jaħdmu fl-UE kien ta’ 238.9 miljun.