L-impjiegi fl-Istati Uniti jiżdiedu b’160,000

Matul Lulju, in-numru ta’ impjiegi fl-Istati Uniti żdied b’aktar minn 160,000.

Il-figuri maħruġa mill-uffiċċju tal-impjiegi fl-Istati Uniti juru li din iż-żieda xorta ma laħqitx l-asspettativi tal-ekonomisti li bassru li x-xogħol kien se jiżdied b’180,000.

Permezz ta’ dawn iċ-ċifri, il-qgħad fl-Istati Uniti issa huwa ta’ 7.4%, dan ifisser tnaqqis ta’ 0.2%. Dan jimmarka l-inqas rata ta’ qagħad għal dawn l-aħħar erbgħa snin.