L-impjiegi f’Lulju komplew jiżdiedu

Ċifri tal-NSO juru li dawk jaħdmu full-time f’Lulju żdiedu, fuq Lulju tas-sena li għaddiet, b’4% waqt li dawk li xogħolhom hu biss part-time żdiedu bi 2.4%.
Dawk b’xogħol full-time u ieħor part-time ukoll żdiedu, b’4.9%.
Dan ifisser li fuq sena, sa Lulju, dawk jaħdmu full-time żdiedu bi 2.8% għal kważi 177,000.
Fl-istess żmien, il-qgħad naqas b’iktar minn 1,700.
L-NSO qal li f’Lulju waħdu, is-settur privat żied l-impjiegi b’6,400 u dak pubbliku bi ftit iktar minn 200 ħaddiem. Anke dawk jaħdmu għal rashom żdiedu, b’iktar minn 600.
Is-setturi li l-iktar żiedu l-ħaddiema kienu l-qasam amministrattiv u ta’ servizzi għall-full-time u għall-part-time, il-bejgħ bl-imnut u mill-ħwienet u t-tiswija tal-vetturi, segwit mil-lukandi u r-ristoranti.