L-impjieg fl-Unjoni Ewropea huwa stabbli

Fiż-Żona Ewro, in-numru ta’ persuni li jaħdmu naqas b’0.1% filwaqt li baqa’ stabbli fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Skont statistiċi maħruġa mill-Eurostat, matul l-ewwel kwart tal-2013, ix-xogħol naqas b’0.4% fiż-Żona Ewro u b’0.2% fl-Unjoni Ewropea.  

Fit-tieni kwart tal-2013, kien hemm 221.8 miljun mara u raġel li taħdem. 145 miljun minnhom jaħdmu fiż-Żona Ewro.