L-impjegati tal-HSBC u t-tfal tagħhom jiġbru flus għall-karità matul il-Milied

L-attività inkludiet kor mużikali minn Maria Abdilla Vocal Studio li żaru l-uffiċini tal-HSBC Operations Centre u l-HSBC Business Banking Centre f’Ħal Qormi, kif ukoll l-HSBC UK Contact Centre fis-Swatar.
Il-grupp irnexxielu jiġbor €440. Barra minn hekk, l-impjegati ġabru wkoll €1,000 waqt il-festin tal-Milied għat-tfal tagħhom.
Il-Bank ħareġ l-istess ammont li nġabar matul dawn l-attivitajiet, liema flus se jmorru għall-proġett HSBC Malta WaterAid Għana Project, bħala parti mill-kampanja HSBC Water Programme.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt .