L-impjegati tal-Grupp Farsons ippremjati

Diversi impjegati tal-Grupp Farsons ġew ippremjati għas-suġġerimenti u inizjattivi tagħhom, fl-iskemi Cause for Applause u All Ideas Matter.
Ir-rebbieħa tal-All Ideas Matter kienu: Reno Cassar – Koordinatur Tekniku tas-Sala tal-Ippakkjar PET, Anthony Micallef – Maniġer fil-Faċilità tal-Ippakkjar tal-Birra.
Għall-premjijiet tal-Cause for Applause ġew innominati 31 impjegati. L-erba’ rebbieħa kienu – Williana Blundell, Team Leader tal-Pizza Hut tal-Belt, Steve Sciberras – Technician fil-Faċilità tal-Ippakkjar tal-Birra, Felix Magri – Rappreżentant tal-Bejgħ ta’ Quintano Foods, u Reuben Gatt – Process Leader fil-Faċilità tal-Ippakkjar tal-Birra.
Il-premjijiet tal-Cause for Applause tnedew mill-Grupp Farsons sentejn ilu.