L-impjegati tal-GO b’appoġġ lis-santwarji tal-annimali

Josephine Grima, Senior Manager – HR Operations ma’ GO, qalet li “it-tliet santwarji li l-fond tal-impjegati GO Cares qed joffri appoġġ, iwettqu ħafna xogħol siewi ma’ mijiet ta’ annimali abbandunati u mitluqa. Biex jibqgħu attivi, dawn l-organizzazzjonijiet jiddependu ħafna fuq id-donazzjonijiet u fuq il-volontarjat”.
Kompliet li “ħafna mill-impjegati ta’ GO jikkontribwixxu somma żgħira mis-salarju tagħhom kull xahar bħala donazzjoni lill-fond GO Cares. B’hekk inkunu nistgħu nipprovdu għajnuna lil għadd ta’ kawżi ġusti matul is-sena.”
 L-organizzazzjonijet SPCA Malta u AAA jieħdu ħsieb annimali abbandunati ma’ Malta kollha bl-għan li jsibulhom dar li tilqagħhom. L-organizzazzjoni Animal Care Malta tiffoka speċifikament fuq il-qtates mitluqa fil-Mellieħa. It-tlett organizzazzjonijiet jaħdmu biex itejbu s-saħħa tal-annimali permezz ta’ kura mill-veterinarju u jsewwuhom.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt .