L-impjegati ta’ GO jiġbru €4,000 għad-Dar tal-Providenza

Josephine Grima, Senior Manager – HR Operations ma’ GO, qalet li “il-Fond tal-Impjegati GO Cares jiġbor fondi fuq bażi volonatrja mill-istaff ta’ GO u bl-għajnuna tal-kumpanija. Matul is-sena, il-Fond jorganizza wkoll attivitajiet biex jgħinu lill-organizzazzjonijiet fil-bżonn permezz ta’ xogħol manwali fuq il-post stess. Id-donazzjoni lid-Dar tal-Providenza se tkompli tgħin din l-organizzazzjoni biex tassisti nies bi bżonnijiet speċjali u l-familji tagħhom biex jagħtuhom l-aqwa kwalità ta’ ħajja possibbli.”
Bħalissa, id-Dar tal-Providenza tospita madwar mitt persuna u tipprovdilhom l-għajnuna meħtieġa biex jintegraw b’suċċess fil-komunità. Bħala parti mis-servizzi ta’ appoġġ, id-Dar tal-Providenza regolarment toffri respite services lill-familji tar-residenti.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt